Lokali

Pollakk jitlef ħajtu wara li sab ruħu f’diffikultà f’Għawdex

Pollakk ta’ 43 sena tilef ħajtu wara li sab ruħu f’diffikultà waqt li kien qed jgħum fil-bajja tar-Ramla l-Ħamra, ix-Xagħra Għawdex.

Mill-ewwel investigazzjonijiet tal-Pulizija jidher li kienu għall-ħabta tas-1:30pm, meta raġel sab ruħu f’diffikultà fil-baħar. Huwa ngħata l-ewwel għajnuna fil-post mill-Emergency Response and Rescue Corps flimkien ma’ tim mediku mill-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex.

Ir-raġel kien iċċertifikat mejjet ftit wara li ngħata l-assistenza.

Il-Maġistrat Brigitte Sultana ġiet infurmata bil-każ u fetħet inkjesta Maġisterjali filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejin.