Internazzjonali

Pressjoni biex il-President Franċiż Macron jirriżenja u tissejjaħ elezzjoni bikrija

Fi Franza, tkompli tikber il-pressjoni sabiex il-President Macron jirriżenja. U jkunu jistgħu jissejħu elezzjonijiet Presidenzjali. Dan wara li l-Gvern tiegħu spiċċa f’nofs kriżi politika hekk kif irriżenjai l-Prim Ministru Lecornu.

Fl-aħħar sigħat, anke l-eks Prim Ministru Edouard Philippe sejjaħ għar-riżenja ta’ Macron.

Hu qed jgħid li Macron għandu jsejjaħ elezzjoni Presidenzjali bikrija wara li jitressaq il-Budget.

Bil-Kostituzzjoni, Macron ma jistax jikkontesta għat-tielet terminu.

L-elezzjonijiet Presidenzjali huma skedati għall-2027, bil-biża’ li Marine Le Pen taf tikseb l-akbar appoġġ minn fost l-elettorat.