Kurżitajiet Lokali

PROFILI: “Meta nkanta bil-Malti, nara l-għajnejn l-udjenza jixegħlu aktar” – Doreen Galea

PROFILI llejla fid-9.35pm fuq NET TV

Fit-tieni programm tal-ħames staġun, PROFILI se jkun qed jitkellem ma’ Doreen Galea. Il-profil hija kantanta li spiss smajna l-vuċi tagħha fis-swali tat-teatru jew fuq ir-radju.

Mal-profil se nitkellmu fuq l-esperjenzi tat-tfulija, il-Belt Valletta fil-passat. L-imħabba tal-familja u r-relazzjoni ma’ żewġha, il-mibki Sammy Galea.

Doreen ma’ Sammy

Jekk tmurlek il-vuċi, li hija fuq kollox instrument, mamma mia!

Id-diskussjoni misset diversi aspetti tal-lirika Maltija, l-album Ommi, u kif ukoll xogħlijiet oħra li ħadmet fuqhom Doreen, b’uħud flimkien ma’ uliedha.

PROFILI għandu l-produzzjoni u l-preżentazzjoni ta’ James Aaron Ellul, u l-programm tal-lejla għandu muntaġġ ta’ Elisa Battistino.

Wieħed jista’ jsegwi l-episodji kollha ta’ ‘PROFILI’ fuq YouTube jew anki wħud mill-episodji fuq Spotify.