Illum tħabbar li Simon Busuttil għadu kemm ħa pożizzjoni għolja fil-Parlament Ewropew. Dan wara li l-Eks Kap tal-PN kien serva għal ħames snin bħala Segretarju Ġenerali tal-grupp tal-Partit Popolari Ewropew fil-Parlament Ewropew.
Issa, Simon Busuttil se jkollu l-irwol ta’ Direttur fl-amministrazzjoni tal-Parlament Ewropew.
Din il-kariga l-ġdida tfisser li Simon Busuttil se jkun qed iħalli postu fl-EPP biex jieħu rwol aktar amministrattiv fil-Parlament innifsu.
Simon Busuttil għandu snin twal ta’ esperjenza fuq livell Ewropew, u serva wkoll bħala MEP f’isem il-Partit Nazzjonalista.
Fost dawk li ferħulu fl-aħħar sigħat, kien hemm il-Kap tal-PN Alex Borg.
//= $special ?>
