Lokali

Tiżdied l-enerġija impurtata mill-Interconnector

Skont l-NSO, fl-aħħar sena kienu importati bl-interconnector ftit aktar minn 970 Gwh – ċifra li tfisser żieda taʼ 49.7 fil-mija meta kumparat mas-sena taʼ qabel.

Dan kien konfermat minn stqarrija li ħareġ l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, li titfa’ dawl fuq il-provvista tal-elettriku għas-sena 2024.

Iċ-ċifri tal-NSO juru li l-provvista tal-elettriku qabżet sew it-3,000 GWh, li hija żieda taʼ 6.5 fil-mija meta mqabbla mas-sena 2023.

Il-produzzjoni gross ta’ elettriku li kien ġej mill-impjanti tal-enerġija u minn sorsi rinnovabbli ammontat għal 2,185.9 Gwh – li jfisser tnaqqis taʼ 6.8 fil-mija meta mqabbla mal-2023.

Iċ-ċifri juru li d-domanda medja annwali rreġistrata f’pajjiżna fl-2024 kienet taʼ 478 MW, li hija żieda taʼ 1.8 fil-mija meta kumparata mas-sena preċedenti.

Intqal ukoll illi l-emissjonijiet GHG mill-ħruq tal-fjuwil fl-impjanti tal-enerġija naqsu bʼ7.8 fil-mija.