Matul is-sena lii għaddiet inħarġu 581 protection orders għall-vittmi tal-vjolenza domestika u din is-sena diġà nħarġu 386.
Din l-informazzjoni dwar ħriġ ta’ protection orders għall-vittmi tal-vjolenza domestika ngħatat fil-Parlament minn Jonathan Attard, Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma; meta wieġeb mistoqsija tad-Deputat Nazzjonaliista Graziella Attard Previ li staqsiet kemm ħarġu protection orders’ għall-vittmi tal-vjolenza domestika fis-sena 2024 u minn Jannar 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari.
Għal mistoqsija oħra tad-Deputat Nazzjonalista lill-Ministru, li staqsiet kemm fl-istess perjodu nkissru protection orders li ħarġu favur il-vittmi tal-vjolenza domestika mill-allegati aggressuri, l-istess Ministru wieġeb li din li l-informazzjoni ser tingħata f’seduta oħra.
//= $special ?>