Ir-rapporti lill-Pulizija dwar ħsejjes eċċessivi matul is-sena li għaddiet ilaħħaq aktar minn 473. L-aktar ammont ta’ rapporti saru fix-xhur bejn Mejju u Ottubru bl-akbar xahar ta’ rapporti jkun Awwissu meta saru b’kollox 54 rapport lill-Pulizija dwar ħsejjes eċċessivi.
Matul ix-xahar ta’ Mejju wkoll saru ammonti kbar ta’ rapporti dwar ħsejjes eċċessivi meta laħħqu total ta’ 51.
Din l-informazzjoni ta fil-Parlament Byron Camilleri, Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol; għal mistoqsija tad-Deputat Nazzjonalista Graziella Galea.
//= $special ?>