Ambjent Lokali

Din iz-zona mhix tajba għall-għawm minħabba żbroff ta’ ilma maħmuġ

Skont l-Att dwar is-Saħħa Pubblika u bħala miżura prekawzjonarja għas-saħħa pubblika, id-Direttorat tas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Supretendenza tas-Saħħa Pubblika jixtieq javża lill-pubbliku li l-għawm mhux rakkomandat fiz-zona indikata fil-mappa minħabba żbroff ta’ ilma maħmuġ, li affettwat il-kwalità tal-ilma tal-baħar. L-uffiċjali qed jinvestigaw biex jiddeterminaw is-sors tal-kontaminazzjoni. It-tul tal-kontaminazzjoni ma jistax jiġi mbassar f’dan l-istadju.

Kodiċi tas-sit:NA
LokalitàMaġenb Triq Marsamxett Valletta

Tabelli li jindikaw iz-zona ġew imwaħħla fis-sit. Meta l-kwalità tiġi restawrata, it-tabelli ser jitneħħew u tinħareġ stqarrija għall-istampa oħra biex tinnotifika lill-pubbliku.

Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lid-Direttorat għas- Saħħa Ambjentali fuq numru tat-telefon 20954992/4998 mit-8am sas-2:30pm jew jibgħat email fuq wrau.ehd@gov.mt.

Il-pubbliku huwa ġentilment mitlub iżur il-paġna tad-Direttorat fuq Facebook https://www.facebook.com/EHDMalta jew is-sit uffiċjali fuq https://environmentalhealth.gov.mt.