Irridu nħarsu lejn l-impatt ekonomiku kollu fuq il-vulnerabli, u kif dan jaffettwa l-ġustizzja soċjali
Hekk sostniet il-professur Marie Briguglio fil-Parlament ta’ Malta waqt konferenza li saret fuq inizjattiva tad-deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo li nieda l-ktieb “il-quddiem b’dinjità”. Fejn diversi persuni tkellmu dwar il-kapitlu tagħhom f’dan il-ktieb, u kif pajjiżna qed jiffaċċja diversi inġustizzji soċjali.

Marie Briguglio, fl-intervent tagħha tkellmet dwar id-differenza bejn il-ġid fil-but u l-ġid soċjali.
Athony Camilleri, tkellem dwar koppja anzjana li spiċċaw bla saqaf fuq rashom hekk kif il-penssjoni tagħhom tgħodd biss għal 1,400. Huwa spjega kif ‘dar’ hija dritt ta’ kull bniedem. Dan filwaqt li tefa’ dawl fuq id-diversi persuni homeless jgħixu f’karozza u fil-garaxx.
Kurt Xerri, spjega li l-akkomodazzjoni saret sfida għal kulħadd. B’din il-problema issir dejjem iktar agħar meta l-Istat ma jagħtix l-għajnuna meħtieġa, minkejja li hemm soluzzjonijet differenti li jistgħu jiġu implimentati.
Mattew Attard, tenna li s-suq tal-akkomodazzjoni nbidel ħafna matul dawn l-aħħar snin, Huwa spega li mhux biżżejjed li tagħti l-għajnuna hekk kif hemm bżonn riformi struzzjonali, li jindirizzaw l-inugwaljanza fil-pajjiż.
Robert Louis Fenech, staqsa jekk il-ġid li tant jiftaħar bih il-Gvern hux qed jasal għand kulħadd. Tkellem dwar ideat differenti li jistgħu jgħinu fosthom estenzjoni ta’ servizzi b’xejn u vawċers simili ta’ dawk li kienu jingħataw fi żmien il-Covid.
Tania Scopazzi, tkellmet dwar l-użu ta’ droga, u kif ma għandniex statistika ta’ kemm il-persuna, li wara li tlesti programm ta’ riabilitazzjoni, tibqa’ ma tiħux droga.
Anna Borg, fakkret li l-prostituzzjoni f’pajjiżna mhux illegali, u ma għandiex issir legali, hekk f’pajjiż fejn dan sar, il-prostituzzjoni żdiedet ħafna, il-prostituti saru iżjed anonimi u l-pimps saru employers. Hija anzi ħeġġet biex f’pajjiżna din issir illegali.
Fr Ivan Attard, żvela li minkejja li l-qgħad naqqas, il-faqar fost il-ħaddiema żdied. Huwa talab għal bidla kulturali biex ikun hemm distizjoni bejn x’jeħtieġu n-negozzji u rebgħa li qed toħloq ħafna miżerji.
Carmel Borg, saħaq li ma hemmx demokrazija mingħajr ġustizzja soċjali, u stqarr li minkejja li niċċelebraw l-indipendenza, xorta waħda ħafna mill-poter mhux qiegħed f’idejn il-Maltin iżda f’idejn ftit negozji barranin.
Sandra Scicluna, tkellmet dwar ir-reintegrazzjoni tal-priġunieri, u kif l-inġustizzja soċjali tolqot ħafna lilhom, tant li 70% tal-priġunieri li joħorġu mill-ħabs jerġgħu jidħlu. Hija qalet li fil-ħabs għandu jingħata taħriġ ta’ impjieg, u opportunità anka li jaħdem barra dan biex ir-reintegrazzjoni tkun iktar faċli.
Dianne Busuttil, spjegat li l-faqar soċjali jinkludi anka lil dawk li huma finazjament komdi, hija talbet għall-approċċ ħolistiku fejn kulħadd iħossu apprezzat.
Maria Aurora Fenech, tkellmet dwar l-anzanità attiva u kif dawn għandhom ikunu protetti, u kif l-anzjani għandhom jingħataw vuċi fid-deċiżjonijiet li jittieħdu fil-pajjiż.
Darren Agius, spjega kif qed jitwieldu ħafna inqas tfal minn kemm għandna anzjani. Huwa tenna li l-anzjani spiċċaw b’ħafna inqas spending power hekk kif il-pensjonijiet ma jistgħux jibqgħu jogħlew bl-istess rata li qed togħla l-ħajja.
Lyne Chircop, tkellmet dwar il-proposta ta’ Ivan Bartolo ‘l-opt out’ u kif din tindirizza l-iżbillanċ tas-soċjetà u kif hemm persuni li ma jistgħux jaċċessaw dak li għandhom bżonn.
L-Ispeaker Anglu Farrugia, minn naħa tiegħu sostna li inutli niftaħru bl-ekonomija jekk ma naghmlux is-salvagwardi neċessarji.
//= $special ?>