Hibernians ħabbru li l-kuntratt li kellhom mal-gowlkiper veteran, l-eks internazzjonali Malti, Justin Haber, kien qed jiġi tterminat b’seħħ immedjat. Fi stqarrija permezz tal-paġna soċjali tagħhom, il-klabb qal li għalissa ma kien se jżid ebda kumment dwar din id-deċizjoni.
L-aħbar bid-deċiżjoni meħuda minn Hibernians m’hijix sorpriża, wara li aktar kmieni llum, Haber reġa’ deher quddiem il-Qrati din id-darba fuq każ differenti.
L-akkużi li għalihom Haber instab ħati, huma serji u fis-sentenza tagħha, il-Qorti tat lill-gowkiper ta’ 43 sena sentenza sospiza u multa ta’ €7,000.
//= $special ?>