Għadha, id-dinja se tkun qed tfakkar l-importanza tas-saħħa mentali – suġġett ferm importanti u li jidħol f’kull aspett tal-ħajja.
U fid-dawl ta’ dan kollu, il-Partit Nazzjonalista qed jkompli jisħaq li l-poplu Malti u Għawdxi jistħoqqlu kura xierqa, b’faċilitajiet denji u li huma aċċessibbli għal kulħadd.
F’kummenti ma’ Net News ix-Shadow Minister għall-Kura Primarja Ian Vassallo semma’ kif il-Partit Nazzjonalista jemmen fil-prevenzjoni – kif ukoll li l-organizzazzjonijiet jingħataw l-għajnuna kollha possibbli sabiex ikunu jistgħu jkomplu bil-ħidma tagħhom b’mod effettiv.
Minn naħa tiegħu, ix-Shadow Minister għas-saħħa Stephen Spiteri fakkar fil-proposta tal-Partit Nazzjonalista li jinbena sptar biswit Mater Dei u li jkun iddedikat għas-saħħa mentali akuta.
Dan apparti li saħaq fuq l-importanza li s-saħħa mentali tkun fuq l-istess livell tas-saħħa fiżika.
Intant, matul is-snin il-Partit Nazzjonalista ppreżenta numru ta’ proposti b’rabta mas-saħħa mentali fost l-oħrajn li jingħataw mediċini ġodda li diġa’ jinsabu fis-suq u li joffru livell ta’ kura aħjar, li jinħoloq pjan ta’ edukazzjoni biex tingħeleb l-istigma marbuta ma’ nies li jbatu minn mard mentali kif ukoll li jiġu identifikati u mħejjija ‘safe spaces’ f’binjiet kbar jew pubbliċi fejn min iħossu mhux komdu jew ikun irid ftit ħin għalih mingħajr storbju jkun jista’ jmur fihom.
//= $special ?>