ll-President tal-Istati Uniti, Donald Trump, qal li Iżrael u l-Ħamas, sa fl-aħħar, waslu għal qbil dwar l-ewwel fażi tal-ftehim għall-waqfien mill-ġlied f’Gaza. Il-ftehim li kien propost u mressaq minn Trump innifsu.
Il-ftehim jesiġi għall-ħelsien tal-ftit għexieren ta’ ostaġġi Iżraeljani li ilhom miżmumin f’Gaza mindu t-terroristi tal-Ħamas kienu wettqu l-massakri storiċi tas-7 ta’ Ottubru f’Iżrael. Intant sar ukoll ftehim biex il-qawwiet Iżraeljani jirtiraw minn xi bnadi ta’ Gaza u biex Iżrael jeħles ammont sinifikanti ta’ priġunieri Palestinjani.
Fl-istess ħin, Iżrael qed jintrabat biex jippermetti u jiffaċilita t-trasport tal-għajnuna umanitarja lill-familji ta’ Gaza li ilhom ix-xhur fi stat akut ta’ ġuħ.
Il-Gvern Iżraeljan, issa, għandu jiltaqa’ u japprova l-ftehim bħala formalità u biex il-waqfien mill-ġlied f’Gaza jidħol fis-seħħ mill-aktar fis.
//= $special ?>