Dalgħodu, tħabbret il-mewt tal-Eks Segretarju Ġenerali tal-PN Victor Ragonesi. Hu kien laħaq l-età ta’ 101.
Ragonesi jibqa’ mfakkar bħala politiku li serva bħala assistent ta’ Ġorġ Borg Olivier fil-perijodu li fih kienu għaddejjin in-negozjati għall-Indipendenza ta’ pajjiżna.
Victor Ragonesi, li kien avukat, twieled fis-7 ta’ Settembru tal-1924. U kien ħabib kemm ta’ Nerik Mizzi u anke ta’ Sir Ugo Mifsud. Fil-fatt, wara l-gwerra, kien jikteb anke d-diskorsi għall-istess Nerik Mizzi wara li rritorna f’pajjiżna mill-Uganda.
Fl-1955 kien ħa l-kariga ta’ Segretarju Ġenerali tal-PN.
Victor Ragonesi kien miżżewweġ u kellu erbat itfal.
