Merħba mill-isbaħ fis-Siġġiewi għall-Kap tal-PN Alex Borg, li bħalissa għaddej bl-impenji tiegħu qabel il-Kunsill Ġenerali tal-PN – hekk kif il-partit qed ilaqqa’ diversi assemblej reġjonali.
Fis-Siġġiewi, Alex Borg irringrazzja lil kulħadd għall-parteċipazzjoni u l-entużjażmu f’kull attività tal-PN. Dan filwaqt illi insista li l-iktar ħaġa li qed tagħtih enerġija biex jibqa’ għaddej huwa l-fatt li l-Partit Nazzjonalista qed ikun proattiv u qed joħroġ bil-proposti – filwaqt li l-Partit Laburista spiċċa reattivi u f’paniku.
“Għalhekk, iridu naħdmu biex ikollna Gvern li hu miftuħ u jkun tal-poplu Malti u Għawdxi kollu”, sostna Alex Borg.
Waqt din l-assemblea, il-Viċi Kap tal-PN Alex Perici Calscione rringrazzja lil kull min qed jikkontesta l-elezzjoni tal-eżekuttiv. Filwaqt li wassal messaġġ biex dawk li ma jiġux eletti jibqgħu jikkontribwixxu fil-PN. Fuq kollox, huwa nnista li trid tissaħħaħ il-ħidma flimkien biex jinġieb riżultat pożittiv għall-PN fl-elezzjoni ġenerali li jmiss.
Il-laqgħa kienet indirizzata wkoll mill-President tal-Kunsill Ġenerali Mark Anthony Sammut u mis-Segretarju Ġenerali Charles Bonello. Preżenti kien hemm ukoll diversi kandidati u deputati tal-PN.
Matul l-assemblea, issemma’ wkoll kif il-Ħadd se tkun qed issir il-maratona ġbir ta’ fondi b’risq il-PN – maratona importanti mmens biex il-PN isaħħaħ il-ħidma tiegħu f’kull livell.
//= $special ?>