Id-Danimarka beħsiebha tiprowbixxi s-social media għat-tfal taħt il-15-il sena fl-2026. Dan wara li l-Prim Ministru Daniża wissiet li l-ismart phones qegħdin “jisirqu t-tfulija lit-tfal”.
Mette Frederiksen, il-Prim Ministru tad-Danimarka, fetħet il-Parlament din il-ġimgħa billi ħabbret din il-proposta.
Hija qalet li qatt daqs illum ma kien hawn daqshekk tfal u żgħażagħ isoffru minn ansjetà u dipressjoni. Minkejja li fl-Unjoni Ewropeja, t-tfal irid ikollhom 13 ‘il sena biex ikollhom account fuq is-social media, l-istatistika turi li t-tfal Daniżi qed jużaw is-social media ħafna qabel.
Fl-intervent tagħha Mett Frederiksen kienet iebsa ħafna. Tant li ddikjarat: “Wellidna monstru!”

Pajjiżi oħra Ewropej ħadu passi biex jirrestrinġu l-użu tas-social media u l-ismart phones għaż-żgħażagħ u t-tfal.
F’Ġunju ta’ din is-sena l-gvern Olandiż ħeġġeġ lill-ġenituri biex ma jħallux lit-tfal taħt il-15-il sena jużaw is-social media, bħal ma huma TikTok u Instagram. Is-sena l-oħra, il-President Franċiż Emmanuel Macron qal li lest li jagħti s-sapport tiegħu biex ikun prowbiti s-social media għat-tfal taħt il-15-il sena. Fl-Italja, minn din is-sena, ġiet estiża il-projbiżjzzjoni tal-użu tas-ismart phones fil-klassijiet tal-iskejjel sekondarji.
F’kitba li rriċerkat il-Prinċipessa ta’ Wales, Kate Middleton, wissiet li użu eċċesiv ta’ smart phones u screens tal-laptops u computers qed tagħmel ħsara lill-familji.
Hi kitbet din ir-riċerka flimkien ma’ Professur minn Harvard Medical School, Robert Waldinger. U qalet li filwaqt li l-apparat diġitali għandu l-għan li jżommna konnessi, minflok qed tinħoloq “epidemija” fejn it-tfal huma maqtugħin.
Kate Middleton qalet li dawn il-gadgets saru distrazzjoni kostanti li joħolqu tnaqqas drastiku ta’ konċentrazzjoni. Dan qed jagħmel ħsara lill-familji.
Minkejja li nkunu fiżikament preżenti, nkunu mentalment asssenti minghajr ma jirnexxielna nikkomunikaw verament ma’ min hu quddiemna. Hi kompliet li flok għandna soċjetà iktar konnessa, in- nies huma iktar iżolati, iħossuhom qalbhom sewda.
Ir-raġel tagħha il-Prinċep William, matul programm tat-televiżjoni qal, li l-ebda mit-tlett itfal tagħhom m’għandhom il-permess jużaw l-ismart phones.
//= $special ?>