Arthur Cachia, l-uniku plejer Malti li kien fadal jikkompeti fil-Kampjonat Ewropew tas-Snooker fil-kategorija individwali tas-Seniors, tilef fil-kwartifinali f’Golem, fl-Albanija,
L-avversarju ta’ Cachia kien Darren Morgan, rebbieħ għal diversi snin ta’ dan il-Kampjonat Ewropew tas-Seniors tal-European Billiands & Snooker Association wara li kien temm aktar minn 20 sena karriera professjonali fis-snooker. Il-plejer minn Wales li llum għandu 59 sena għeleb lil Cachia 4 – 1
Beda wkoll il-Kampjonat Ewropew tas-Snooker Kategorija Seniors għat-timijiet fejn fl-ewwel jum minn tlieta allokati, it-tlett timijiet Maltin kollha lagħbu l-ewwel konfronti tagħhom.
Malta 1 kien magħmul minn Alex Borg u Arthur Cachia li tilfu kontra Edlir Kurthysa u Mohamed Elaboody tal-Albanija 3-2. Aktar tard rebħu 3-0, kontra l-Fillandja,
Malta 2 , kien magħmul minn Philip Ciantar u Frans Mintoff li rebħu 3-1 kontra Tom Gleeson u Mark Walsh tal-Irlanda.
Malta 3, magħmul minn Tony Mifsud u Ivan Attard, tilfu ż-żewġ logħbiet tagħhom. Kontra Fillandja 1 u kontra l-Ingilterra 2. Malta 3 issa huma eliminati u jonqoshom jilagħbu f’logħba għal min jispiċċa t-tielet fi Grupp E.
//= $special ?>