Mark Schembri, qaddief ta’ Siġġiewi Rowing Club, temm b’suċċess it-Tour du Léman à l’Aviron tal-2025, li sar fil-Lag ta’ Ġinevra, fl-Iżvizzera, bejn is-27 u t-28 ta’ Settembru. Impressjonanti l-fatt li huwa rnexxielu jaqdef 97 kilometru .
It-Tour du Léman hija waħda mill-aktar tiġrijiet impenjattivi tal-qdif fl-Ewropa, ċirkonnavigazzjoni tal-Lag ta’ Ġinevra, li tattira qaddiefa elite ta’ reżistenza minn madwar il-kontinent.
Mark Schembri ta prestazzjoni eċċellenti, fejn qadef 97 kilometru qabel ma’ maltempata ħakmet il-lag ta’ Ġinevra. Minkejja l-waqfa bikrija, id-distanza mwettqa hija waħda notevoli — itwal mill-medda bejn Malta u Sqallija — li turi r-reżistenza, id-determinazzjoni u r-reżiljenza ta’ Mark Schembri f’kundizzjonijiet estremi.
Schembri, meta kkummenta, mar lil hinn fejn kien sfortunat li t-tellieqa tqassret minħabba l-maltemp, iżda li għamel 97 kilometru f’dawk il-kundizzjonijiet xorta kienet esperjenza inkredibbli u kburi li rrappreżenta l-Klabb tiegħu u lil Malta f’avveniment internazzjonali ta’ prestiġjuż
Il-President tal-Klabb tat-Tqdif tas-Siġġiewi faħħar wkol lil Schembri għall-isforz eċċezzjonali tiegħu u l-professjonaliżmu li wera matul it-tellieqa.
