Bħala Oppozizjoni nibqgħu nagħmlu minn kollox biex nindirizzaw ir-realtaijiet li hemm quddiemna.
Hekk wiegħed il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg waqt konferenza fil-Parlament, hekk kif fakkar li x-Shadow Cabinett il-ġdid tiegħu qiegħed jindirizza dawn il-problemi fis-soċjetà.

Alex Borg qal li l-isfidi soċjali jridu jiġu indirizzati llum qabel għada. U tenna li s-sors tal-problemi jrid jinqabad mill-bidu nett.
Kien hawn fejn wiegħed li anka hu bħala Kap tal-Partit Nazzjonalista, se jkompli b’laqgħat mal-għaqdiet li jaħdmu biex jindirizzaw il-problemi soċjali. U anke l-Budget għandu jħares lejn sitwazzjonijiet ta’ sfida bħalma huma dawn.

Din il-konferenza kienet indirizzata wkoll mid-deputat Laburista Katya De Giovanni li qalet li dan il-ktieb ippubblikat mid-Deputat Ivan Bartolo huwa ħidma ta’ xogħol profond. U dawn huma problemi li ma jistgħux jibqgħu jitqiesu bħala punti f’manifest elettorali.
Hija tenniet li l-poltika soċjali ma tistax issir mingħajr qari fil-fond ta’ dawn il-problemi.
//= $special ?>