Lokali

Raġel fil-periklu tal-mewt wara ħabta bejn karozza u mutur fiż-Żurrieq

Il-Ħamis għall-ħabta tad-disgħa u nofs ta’ filgħodu, il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq il-Belt Valletta, iż-Żurrieq.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li kienet seħħet ħabta bejn Toyota Aqua misjuqa minn mara ta’ 67 sena residenti Żurrieq u mutur Piaggio Beverly misjuq minn raġel ta’ 61 sena mill-Imqabba.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza li ħadet lix-xufier tal-mutur l-Isptar Mater Dei, fejn ġie ċċertifikat li weġġa’ serjament.

Il-Maġistrat Monica Borg Galea ġiet infurmata u ħatret inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.