Tarbija ta’ sena instabet mejta f’karozza li kienet ipparjkata fil-parkeġġ ta’ Mater Dei.
Fi stqarrija il-Pulizija qallu dan l-inċident seħħ għal-ħabta tas-sagħtejn ta’ wara nofsinhar.
B’sorsi jgħidu li it-tifel kien ilu fil-karozza għal bejn ħames u sitt siegħat, hekk kif jidher li l-ġenituri tiegħu huma impjegati ta’ Mater Dei.
Huwa mifhum li t-tifel ta’ sena kellu jitħalla f’childcare centre qrib Mater Dei.
U kien meta l-omm marret iċ-childcare għat-tarbija u qalula li din mhux hemm li hi telqet tiġri lejn il-karozza u sabet lit-tifel mitluf minn sensih.
Il-ġenituri għandhom żewġt itfal oħra.
Il-Pulizija għaddejin bl-investigazzjonijiet, filwaqt li l-Maġistrat Monica Borg Galea fetħet inkjesta Maġisterjali