Lokali

“Sens kbir ta’ entużjażmu u tiġdid fil-Partit Nazzjonalista”

Il-Ħadd li ġej se tkun ġurnata importanti għall-PN hekk kif se tiġi organizzata maratona oħra ta’ ġbir ta’ fondi. U għalhekk, huwa kruċjali li kulħadd jagħti l-kontribuzzjoni tiegħu – żgħira kemm hi żgħira.

Dan kien l-appell li wasslet Sarah Bajada waqt attività soċjali li saret aktar kmieni filgħodu, fejn preżenti kien hemm numru kbir ta’ persuni.

Apparti appell għall-maratona tal-Ħadd, Sarah Bajada semmiet kif bħalissa qed jinħass entużjażmu kbir fil-Partit Nazzjonalista. U dan is-sentiment għandu jkompli jissaħħaħ

Meta indirizzat lil dawk preżenti, hi tkellmet ukoll dwar inizjattivi li se tkun qed tieħu – fosthom f’dan ix-xahar ta’ Ottubru, li hu dedikat għall-għarfien f’dak li għandu x’jaqsam il-kanċer fis-sider.