Lokali Parlament Qorti

Stennija dwar il-pjanijiet tal-Gvern biex jiżdiedu l-awli fil-Qorti jew hux qed ifittex bini alternattiv

Il-Gvern ma qalx fil-Parlament il-pjanijiet li għandu biex jiżdiedu l-awli fil-Qorti jew hux qed ifittex bini alternattiv għall-Qorti

Il-Ministru Jonathan Attard, il-Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni; qal biss li l-informazzjoni ser tingħata f’seduta oħra. Il-mistoqsija saret fil-Parlament u bil-miktub mid-Deputat Nazzjonalista Graziella Attard Previ.

Lanqas ma qal xi pjanijiet għandu l-Gvern biex jonqos il-ħin ta’ stennija fil-ġurnata tal-akkuża peress li jkun hemm 10 u aktar każijiet fl-istess ħin.

L-istess Ministru wieġeb biss għal mistoqsija oħra tad-Deputat Nazzjonalista Graziella Attard Previ li dawk li jinstemgħu quddiem il-Qorti tal-Maġistrati u l-kawżi kollha li jinstemgħu fil-Qorti Kriminali u l-Qorti tal-Appelli Kriminali huma kollha stradati bil-ħin. Il-kawżi sommarji ħafna minnhom ukoll huma stradati bil-ħin u huma ftit il-kawżi li ma jkunux bil-ħin.

Mistoqsija oħra dwar il-Qorti saret mid-Deputat Nazzjonalista Graziella Attard Previ lill-Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni biex il-Ministru jgħid xi pjanijiet għandu l-Gvern biex jonqos il-ħin bejn seduta u oħra u jistax jgħid ukoll kif seduti f’Lulju tas-sena 2025 qed jiġu diferiti għal Lulju tas-sena 2026!

Il-Ministru Jonathan Attard wieġeb billi qal li d-dati u l-ħinijiet ta’ meta jiġu appuntati u differiti s-seduti huma fid-deskrizzjoni tal-ġudikant li jippresjedi l-kawżi.