Lokali

Alex Borg jilqa’ delegazzjoni mill-Ambaxxata Amerikana fid-Dar Ċentrali

Il-Kap tal-PN Alex Borg iltaqa’ ma delegazzjoni mill-ambaxxata Amerikana f’Malta, liema delegazzjoni kienet immexxija mid-Dimplomatiku Ken Toko flimkien ma’ rapreżentanti oħra.

Alex Borg kien akkumpanjat mix-Shadow Minister Beppe Fenech Adami, mis-Segretarju Internazzjonali Beppe Galea u x-Shadow Minister Eve Borg Bonello.

Il-Kap tal-PN beda billi qal li r-relazzjoni ta’ pajjiżna mal-Amerika trid tkompli tissaħħaħ filwaqt li tenna wkoll l-isfidi li bħala Kap tal-PN qed jindirizza għan-nom tal-poplu Malti, fosthom l-immigrazzjoni u anke l-kwalità tal-ħajja.

Alex Borg kompla wkoll billi semma’ l-impenn sabiex l-Istati Uniti tibqa’ tappoġja l-Ewropa speċjalment minħabba l-kunflitt li għaddej bħalissa fil-Lvant tal-kontinent.

Intant Ken Toko awgura lil Alex Borg għal aktar ħidma favur il-pajjiż, filwaqt li tenna li jinsab ħerqan sabiex jaħdem mill-qrib miegħu għan-nom taż-żewġ  pajjiżi.

Ritratti: Martin Agius