“Ma nistax naqbel miegħu – il-premju Nobel għal Paċi m’għandux jieħdu Trump… xi ħadd li jkisser il-minoritajiet”.
Saħaq dan il-President tal-Labour Alex Schiberras hekk kif f’kummenti mal-midja huwa saħaq li qed jiddisasoċja ruħu mill-pożizzjoni li ħa l-Ministru għall-Affarjiet Barranin Ian Borg, dan fil-konfront tan-nomina biex Trump jieħu l-Premju Nobel għall-Paċi.
Mat-Times, il-President tal-Labour saħaq li assolutament ma jaqbilx mad-Deputat Mexxej Laburista, għaliex skont Sciberras, persuna bħal Trump żgur mhux denju għal prempju bħal dan.
Fost l-oħrajn, Alex Schiberras, f’botti ċari u diretti, staqsa kif wieħed jista’ jagħti premju lil xi ħadd bħal Trump – deskritt mill-President tal-Labour, bħala populist, magna kontra d-drittijiet tal-LGBT u li qed ikisser il-minoritajiet.
Apparti l-President tal-Labour, tkellem ukoll l-Eks Editur tal-Kamra tal-Aħbarjiet tas-Super One, Sandro Mangion, li kkundanna din il-mossa ta’ Ian Borg, tant li staqsa jekk Donald Trump jafx xi ħaġa u qed jhedded biha – jew inkella li qed iwiegħed ċertu affarjiet. Dan fost l-implikazzjoni li Ian Borg jinsab maqbud minn Trump – għaliex skont l-eks editur tal-One, ma jistax jifhem x’kien għaddej minn moħħ il-Ministru Ian Borg biex innominah.
Sandro Mangion kien ukoll impjegat fil-Ministeru għall-Affarjiet Barranin fil-passat, u saħaq li milli ra fix-xogħol tiegħu, il-Gvern Malti… jekk irid iħares il-valuri demokratiċi… ma jistax jappoġja “awtokratiku” u xbieha ta’ firda.
Min naħa tiegħu il-Kap tal-PN Alex Borg, b’reazzjoni għal din is-saga kollha… stqarr mat-Times li qed toħroġ fil-beraħ il-qasma ċara fi ħdan il-Labour, filwaqt li staqsa jekk din hix il-pożizzjoni uffiċjali tal-Gvern Malti jew inkella stunt perosnali tal-Ministru Ian Borg.
//= $special ?>