Iż-żewġ timijiet Maltin waqt il-Kampjonat Ewropew tas-Snooker f’Golem fl-Albanija fil-kategorija tat-timijiet seniors, li aktar kmieni kkwalifikaw mill-fażi tal-gruppi, ġew megħluba mill-ewwel fin-knock out.
Malta 3 magħmul minn Tony Mifsud u Ivan Attard rebħu, tilfu 3-1, kontra Lithuania 3 u għalkemm kienu diġà eliminati spiċċaw it-tielet fi Grupp E.
Malta 2 magħmul minn Philip Ciantar u Frans Mintoff, rebħu żewġ logħbiet li kien jonqoshom u rebħu Grupp D. Malta l-ewwel għelbet, 3-0 lil Lithuania 2 filwaqt li aktar tard rebħu dirett 3-2 il-konfront dirett għal minn jirbaħ il-grupp kontra England 3.
Malta 1 ta’ Alex Borg u Arthur Cachia fl-aħħar logħba fi Grupp G rebħu, 3-2, kontra l-Olanda fejn spiċċaw it-tieni fil-grupp u kkwalifikaw mal-aħħar 16.
Fil-fażi tan-knock out, mal-aħħar 16, iż-żewġ timijiet Maltin Malta 1 kontra England 2 tilfu 3-0 filwaqt li Malta 2 ġew megħluba, 3-1, mill-Ireland 1.
B’hekk intemmu l-impenji tat-tim Malti f’din l-ewwel parti ta’ dan il-kampjonat li kien riservat għas-seniors jew aħjar għal plejers li għandhom ‘il fuq minn 40 sena.
//= $special ?>