Alebert Buttigieg, PN
Id-Deputat Nazzjonalista Albert Buttugieg sostna fl-Aġġornament tal-parlament li ma nistgħux inħallu t-tfal jgħixu l-vunerabbiltà.
Albert Buttigieg qal li t-tfal huma importanti u jinżammu b’għożża u sostna li t-tfal għandhom sfidi differenti minn qabel fil-kuntest tal-komunitajiet. It-tfal illum għandhom diversi diffikultajiet għaliex qed jitilfu t-tfulija tagħhom.
Id-deputat Nazzjonalista kompla li t-tfal qed jitgħabbew b’piżijiet u responabbiltajiet tal-adulti f’soċjetà fejn naqas is-sens ta’ komunità. Il-komunikazzjoni tat-tfal qed tkun mat-teknokoloġija flok ma’ sħabhom. It-tfal illum qed jgħixu l-esperjenza tal-vulnerabbiltà, sostna Albert Buttigieg, li kompla li jirriżulta li hawn 8,000 tifel u tifla li jmorru skola bla kolazzjon.
Jeħtieġ għalhekk ikun hemm investiment fit-tfal, sostna Albert Buttigieg, li kompla li bħal kelliem għall-ħarsien tat-tfal u jesiġi li l-familja għandha tkun entità li tħares lit-tfal.
It-tfal għandhom jingħataw il-ħarsien iżda trid tingħata attenzjoni tat-tfal li jbatu bl-newrodiverġenza u li qed ibatu b’diversi kundizzjonijiet fosthom l-ADHD, l-awtiżmu u d-dyslexia. Jeħtieġ li dawn tit-tfal ikunu inklużi u jingħataw l-attenzjoni meħtieġa biex is-soċjetà ma tfallix ma’ dawn it-tfal.
Id-deputat Nazzjonalista kompla li dwn il-familji għandhom ikunu mgġejjuna bili dwn tit-fal jingħatw l-opportunitajiet kollha. Hu sellem lil dawn l-NGOs li jaħdmu f’dan is-settur.
//= $special ?>