Raġel ta’ 31 sena residenti s-Siġġiewi qiegħed fil-periklu tal-mewt b’kawża ta’ ħruq waqt li kien qed jagħmel xi xogħol f’San Pawl il-Baħar.
Kienu għal ħabta ta’ 12:00, meta l-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fi propjetà fi Triq San Franġisk.
Intant mill-ewwel stħarriġ irriżulta li r-raġel weġġa’ waqt li kien qed jaħdem bi blow lamp waqt
xogħol ta’ manutenzzjoni.
Huwa ngħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u ġie
ċċertifikat li sofra ġrieħi serji.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat Monica Borg Galea li fetħet inkjesta, filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija u tal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol għadhom għaddejjin.
//= $special ?>