Il-Kummissjoni Elettorali, Rekords u Data tal-Partit Nazzjonalista tgħarraf li sa xħin ilbieraħ fl-4pm għalaq il-perjodu li matulu kienet qed tilqa’ n-nominazzjonijiet, daħlu b’kollox total ta’ 34 nominazzjoni għall-elezzjoni biex jiġu eletti r-rappreżentanti tal-Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista fuq il-Kumitat Eżekuttiv tal-PN.
Fi stqarrija Mario Callus, iċ-Chairperson tal-Kummissjoni Elettorali, Rekords u Data tal-PN spjega li din l-elezzjoni se ssir nhar il-Ġimgħa 17 ta’ Ottubru fil-ftuħ tal-Kunsill Ġenerali Amministrattiv tal-PN bit-tema “Dan hu l-Mument”. B’kollox iridu jimtlew 18-il post fil-Kumitat Eżekuttiv u f’din l-elezzjoni huma eliġibbli biex jivvutaw il-Kunsillieri kollha (membri tal-Kunsill Ġenerali) tal-PN.
Il-votazzjoni tal-Ġimgħa se ssir fid-Dar Ċentrali tal-PN f’Tal-Pietà (Malta) bejn 12pm u d-9pm, u fis-Sub-Headquarters tal-PN f’Ta’ Sannat (Għawdex) bejn 12pm u s-7pm. Il-Kunsillieri jistgħu jivvutaw f’wieħed mill-postijiet tal-votazzjoni skont il-preferenza tagħhom, mingħajr il-bżonn li javżaw minn qabel.
Skont l-istatut tal-Partit Nazzjonalista hemm erba’ listi differenti ta’ kandidati – iridu jiġu eletti sitt (6) nisa, sitt (6) irġiel, erba’ (4) żgħażagħ u żewġ (2) rappreżentanti Għawdxin. Jiġu eletti dawk li jiksbu l-ikbar numru ta’ voti f’kull lista.
Dawn li ġejjin huma n-nominazzjonijiet li rċeviet il-Kummissjoni Elettorali tal-PN għal kull waħda mill-erba’ listi:
Lista tal-Irġiel
Total ta’ 12-il nominazzjoni, iridu jiġu eletti 6
Bonello David
Borg David
Cauchi Ludwig
Fenech Adami Michael
Grech Joseph
Miceli Mauro
Piccinino Michael
Portelli Andreas Juan
Rosso Mario
Spiteri Simon
Vella William
Vella Salvinu
Lista tan-Nisa
Total ta’ 12-il nominazzjoni, iridu jiġu eletti 6
Agius Lara Marie
Bartolo May
Cachia Mary
Camilleri Natasha
Cassar Marthese
Dalli Michela
Galea Cynthia
Perici Calascione Veronica
Spiteri Lisa
Stafrace Angele
Theuma Maria Victoria
Vella Fonde Marisa
Lista taż-Żgħażagħ
Total ta’ 6 nominazzjonijiet, iridu jiġu eletti 4
Caruana Michela
Caruana Garcia Krista
Gerada Freddie
Scerri Karen
Vella Nikolai
Zammit Nicole
Lista ta’ Għawdex
Total ta’ 4 nominazzjonijiet, iridu jiġu eletti 2
Galea Beppe
Teuma Hayden
Theuma Maria Victoria
Vella William
Il-Kummissjoni Elettorali tal-PN tfakkar li biex wieħed jivvota f’din l-elezzjoni jrid iġib miegħu l-Karta tal-Identità u juriha biex jingħata l-polza tal-vot. Kull Kunsillier tal-PN għand dritt għal vot separat għal kull waħda mill-erba’ listi.
//= $special ?>