Kollox jinsab lest sabiex il-Ħadd, il-PN jorganizza l-maratona ġbir ta’ fondi, l-ewwel Maratona taħt it-tmexxija ta’ Alex Borg, liema inizjattiva importanti se tkompli tgħin sabiex il-PN iwassal il-messaġġ tiegħu.
Apparti hekk, dawn it-tip ta’ Maratoni jkomplu ukoll jgħinu l-media tal-PN li tul iż-żmien qed tkompli tissaħħaħ u tivesti – U din is-sena anke żanżnet studios mill-isbaħ.
Ix-xandira se tkun qed titwassal mis-sala ewlenija tad-Dar Centrali tal-PN, u se tibda mit-3pm ‘il quddiem.
Intant fid-dar ċentrali apparti l-ġbir importanti tas-soltu – ser ikun hemm fost l-oħraj tours mad-Dar Ċentrali u anke fl-istudios ta’ Net TV, ċans li min jattendi jieħu ritratt fuq il-mejda tal-aħbarjiet. Dan fost ikel, xorb u anke tournament tal-playstation għaż-żgħażagħ.
Apparti hekk il-wirja rott arti ser tkun wkoll miftuħa għal dawk kollha li jattendu.
Is-serata ser tkun wkoll imżewqa b’kantanti u anke preżentaturi li ser jakkumpanjaw lil dawk kollha li ser ikunu qed isegwu.
Intant il-Viċi Kap tal-PN Alex Perici Calascione meta ġie intervistat fuq Net Live saħaq li maratoni bħal dawk ikompli jagħqdu u jsaħħu l-Partit Nazzjonalista, filwaqt li ħeġġeġ lil Maltin u Għawdxin sabiex jiġu u jingħaqdu flimkien fid-Dar Ċentrali għal din il-Maratona ġbir ta’ fondi
Il-maratona ġbir ta’ fondi se tkun qed titwassal kemm fuq Net TV, Net FM u b’xandira diretta fuq il-midja soċjali.
//= $special ?>