Għada t-tim nazzjonali Malti se jkun qed jilgħab it-tmien partita tiegħu taħt it-tmexxija tal-kowċ nazzjonali Malti, Emilio De Leo meta f’partita ta’ ħbiberija se nkunu qed naffrontaw lil Bożnija u Ħerżegovina. Din se tkun il-ħames darba fl-istorja li Malta se tilgħab kontra dan il-pajjiż, bl-aħħar darba li Malta u l-Bożnija u Ħerżegovina kienu lagħbu kontra xulixn kien ftit aktar minn 18-il sena llu, meta fis-6 ta’ Ġunju tal-2007, f’konfront validu mill-grupp ta’ kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej tal-2008, Malta konna tlifna 1-0.
Fl-istorja ta’ partiti preċidenti bejn Malta u l- Bożnija u Ħerżegovina, it-tim nazzjonali Malti rrnexxilu jirbaħ logħba mill-erbgħa li ntlagħbu s’issa, meta fl-ewwel darba li dawn iż-żewġ pajjiżi affrontaw lil xulxin, nhar is-27 ta’ Jannar, 1999, Malta kienet rebħet 2-1.
Wara t-telfa ta’ nhar il-Ħamis li għadda kontra l-Olanda, bl-iskor ta’ 4-0, f’partita li ntlagħbet f’Ta’Qali, u li kienet valida mil-grupp ta’ kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja tal-2026, il-partita ta’ għada kontra l-Bożnija u Ħerżegovina se tkun qed tara lil Steve Borg, captain ta’ Malta jilgħab l-aħħar logħba internazzjonali tiegħu fl-etá ta’ 37 sena.
Dik ta’ għada se tkun it-82 partita ta’ Borg ma’ Malta, wara li ddebutta f’Ottubru tal-2011 f’logħba kontra l-Latvja.
//= $special ?>