Lokali

‘Il Quddiem b’Dinjità; ktieb fejn il-persuna hija fiċ-ċentru

Dan il-ktieb li illum għandkom f’idejkhom , dan huwa l-vanġelu tal-poltika soċjali

Hekk stqarr id-deputat Nazzjonalista waqt l-attivita li fiha nieda il-ktieb ‘il quddiem b’dinjita, li fih jinkludi diversi esperjenzi ta’ persuni minn kull qasam tas-soċjeta.

Huwa spjega li l-politika tried tibda billi tifhem dak li jkun , u huwa għalhekk li f’dan il-ktieb il-bniedem baqa’ fiċ-ċentru.

Waqt din it-tendija, għamel l-indirizz tiegħu ukoll l-akkdemiku George Vital Zammit, li saħaq li dan il-ktieb għandu missjoni biex iqajjem il-kuxjenza tal-ġustizzja soċjali.

Għal din l-attivita attendew il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg, is-Segretarju Ġenerali Charles Bonello, il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Perici Calascione, diversi deputati tal-Partit Nazzjonalista u akkademiċi.

Intant, f’filmat l-editur tal-ktieb Denise Ellul Sulivan spjegat li dan huwa ktieb li jiffoka fuq il-ġejjien u fuq il-futur li kulħadd ħaqqu bi dritt.

Dan filwaqt li diversi awturi spjegaw il-kontribut tagħhom li jvarja mis-saħħa mentali sa anka l-iskart organiku, kif ukoll id-drittijiet ta’ kull ħaddiem u l-isfidi tal-pazjenti li għandhom il-kanċer.

Preżenti għal din l-attivita kien hemm ukoll id-diversi persuni li kitbu kapitlu dwar inustizzji soċjali oħra.