Il-President Franċiż Emmanuel Macron ħatar mill-ġdid lil Sébastien Lecornu bħala Prim Ministru, ftit jiem biss wara li dan kien irriżenja mill-istess kariga.
Lecornu rreżenja nhar is-sitta ta’ Ottubru 2025, ftit sigħat wara li ħabbar il-kabinett il-ġdid tiegħu, f’dak li kien meqjus bħala pass sorprendenti u sinjal ta’ kriżi politika fi Franza.
Ir-riżenja tiegħu tqieset bħala telfa kbira għall-awtorità ta’ Macron, u qajmet mistoqsijiet serji dwar kemm jista’ jkompli jmexxi l-pajjiż f’din il-fażi politika delikata.
Wara sensiela ta’ konsultazzjonijiet mal-partiti politiċi Franċiżi, Macron reġa’ sejjaħ lil Lecornu biex jerġa’ jieħu l-kariga ta’ Prim Ministru, ħatra li ġiet imħabbra uffiċjalment il-Ġimgħa filgħaxija.
Min-naħa tiegħu, Lecornu qal li kien dmiru li jaċċetta din il-fiduċja mill-ġdid u wiegħed li jiffoka fuq is-soluzzjoni tal-problemi konkreti tal-poplu Franċiż, speċjalment quddiem kriżi politika li qed tkompli toħloq tensjoni soċjali.
//= $special ?>