Fl-aħħar sigħat, splużjoni qawwija ħasdet faċilità industrijali f’żona rurali ta’ Tennessee, fejn tinsab il-kumpanija Accurate Energetic Systems, wieħed mill-akbar produtturi ta’ esplussivi militari fl-Istati Uniti. L-isplużjoni, li seħħet għall-ħabta tat-7:45 a.m., ħalliet l-inħawi f’kaos kbir, b’bini sħiħ meqrud, u vetturi mġarrfa.
Sorsi uffiċjali kkonfermaw li mill-inqas 19-il persuna huma nieqsa u huma mistennija li tilfu ħajjithom. Numru ieħor ta’ ħaddiema ndarbu fl-istess inċident, bl-operazzjonijiet ta’ salvataġġ qed jiġu mfixkla mill-biża’ ta’ esplużjonijiet sekondarji, peress li fuq il-post għad hemm materjal splussiv u kimika perikoluża.
Ix-xeni fuq il-post ġew deskritti bħala drammatiċi b’uħud mir-esidenti taż-żona qalu li l-isplużjoni kienet daqshekk b’saħħitha li ħassuha bħallikieku terremot, b’xi twieqi f’djar privati li jinsabu kilometri ‘lbogħod minn fejn seħħ l-iċident spiccaw tkissru mal-ispluzjoni.
Għalkemm il-kawża tal-isplużjoni għadha mhix magħrufa, investigazzjoni formali diġà bdiet mill-Bureau of Alcohol, Tobacco, Firearms and Explosives (ATF) flimkien mal-awtoritajiet statali u federali. L-aċċess għall-faċilità għadu mblukkat, u l-awtoritajiet qed jimxu b’kawtela hekk kif l-identifikazzjoni tal-vittmi tista’ tieħu ż-żmien minħabba n-natura distruttiva tal-isplużjoni.
//= $special ?>