Mijiet attendew biex jagħtu l-aħħar tislima lill-koppja Jeremy u Lorraine Gambin, li flimkien ma’ koppja oħra tilfu ħajjithom f’inċident sfotunat li seħħ fil-Kroazja.
Fr Gove waqt iċ-ċeremonja, li saret fil-Knisja tal-Madonna tal-Karmnu fil-Ballutta, irrifleta fuq kemm il-ħajja hija fraġli u għalhekk appella biex dawk kollh apreżenti jitgħallmu jużaw il-ħin b’mod għaqli u biex ma jaħlux ħin, huwa fakkar fil-memorji ta’ din il-koppja li kienet toffri ħafna mħabba lil dawk ta’ madwarhom.
Jeremy u Lorraine Gamin kienu ilhom jafu lil xuxlin 50 sena u kienu ilhom miżżewġin 45 sena. Flimkien huwa bnew familja sabiħa u għinu lil diversi ħbieb. Fil-fatt Jeremy Gambin kien parzjalment irtra biex ikun jista jqattga iżjed ħin flimkien mal-mara u l-familja u biex ikollhom iktar ċans biex isiefru.
Fr Gove, li presenda iċ-ċeremonja, spjega wkoll kif huma ħadmu u ħallew impatt fuq l-oħrajn u kif vjaġġaw flimkien u qattgħu ħin ma’ dawk li jħobbu.
Il-koppja Gambin kienu qed jivjaġġaw flimkien mal-ħbieb tagħhom Kevin u Sandra Bonnici meta tilfu ħajjithom wara li il-Land Rover li kienu qegħdin fih spiċċa waqa fil-baħar.
Jeremy Gambin kien kowċ tal-basketbol kif ukoll eks-plejer li irrapreżenta lil Malta fl-1987.
//= $special ?>