Lokali

Dgħajsa li qed iġġorr mitt persuna spiċċat attakkata fiz-zona SAR ta’ Malta

L-organizzazzjoni Alarmphone qalet li l-Ħadd waranofsinhar irċiviet allert li hemm dgħajsa li sfat attakkata fiz-zona SAR ta’ Malta.

F’post fuq il-midja soċjali ntqal li fuq id-dgħajsa hemm 100 persuna abbord inkluż nisa u tfal dan filwaqt li persuna tilfet ħajjitha kaġun tal-attakk. Dan apparti li qalu li dawn l-attakki għandu jieqfu b’mod immedjat.