Diane Keaton, ikona fid-Dinja ta’ Hollywood u waħda mill-aktar attriċi maħbubin għal dawn l-aħħar 50 sena mietet f’Kalifornja fl-età ta’ 79 sena.
Hi tibqa’ magħrufa l-aktar għad-diversi kollaborazzjonijiet mad-direttur u produttur tal-films kontroversjali , Woody Allen…Fil-fatt, huma ħadmu flimkien f’xejn anqas minn tmien films — fosthom Reds, The First Wives Club, Book Club, Sleeper, Love and Death u Manhattan.
Madankollu, Keaton x’aktarx li se tibqa’ tissemma l-aktar għall-film tal-1977, Annie Hall – kollaborazzjoni oħra ma’ Allen li fil-passat kien ukoll il-boyfriend tagħha…Produzzjoni li bażat, fil-parti kbira fuq ħajjitha u li anki rebbħitilha l-Oscar bħala l-ogħla rikonoxximent li jista’ jingħata fl-industrija tal-films.
Il-mewt ta’ Keaton ixxokkja lil ħafna atturi flimkien ma’ uħud mill-akbar ismijiet f’Beverly Hills…Dan għaliex fl-ebda ħin ma qatt ħarġet l-aħbar li l-attriċi setgħet kienet marida, anki jekk hi kienet ilha ma tidher fil-pubbliku.
Id-debutt ta’ Keaton bħala attriċi taċ-ċinema wasal kmieni fis-sebgħinijiet permezz tal-film The Godfather ta’ Francis Ford Coppola…. U matul is-snin, hi kienet ukoll innominata għall-Oscar għall-interpretazzjonijiet tagħha fil-films Reds, Marvin’s Room, u Something’s Gotta Give…Intant, Keaton kompliet turi l-versatilità tagħha f’karattri diffiċli u kumplikati li huma sinonimi ma’ films oħra famużi bħal Shoot the Moon u Looking for Mr Goodbar.
//= $special ?>