Il-koppja Kevin u Alexandra Bonnici li tilfu ħajjithom fl-aċċident li seħħ fil-Kroazja ftit aktar minn ġimgħa ilu se jingħataw l-aħħar tislima nhar il-Ħamis li ġej.
Il-funeral se jsir fil-Knisja ta’ San Pawl f’San Pawl tat-Tarġa u se jibda għall-ħabta tal-10:00 ta’ filgħodu.
Għaldaqstant, il-qraba appellaw lill-midja għall-privatezza f’dan il-jum diffiċli.
Intant, il-koppja Jeremy u Lorraine Gambin – li tilfu ħajjithom fl-istess inċident – ingħataw l-aħħar tislima s-Sibt li għadda.
//= $special ?>