Ekonomija Lokali

Il-Ministru Ian Borg jgħid li “il-pappa b’saħħitha”

Abela jibqa' jxerred fake news

Fi kliem id-deputat Prim Ministru Ian Borg, bħalissa n-nies qed igawdu minn dak li hu sejjaħ “pappa b’saħħitha”.

Dan qalu Ian Borg waqt li indirizza l-attività tal-Ħadd filgħodu organizzata mill-Partit Laburista.

Waqt li tkellem dwar il-bżonn ta’ politika responsabbli, id-Deputat Prim Ministru attakka lill-Kap tal-PN Alex Borg – li skont hu “għadu qed jifraħ”, u jinsab fil-honeymoon. Dan filwaqt li baqa’ juża d-diskors tal-“aħna u huma”, u attakka l-proposti pożittivi li qed iressaq ‘il quddiem il-PN.

Intant, waqt din il-laqgħa fil-każin tal-banda ta’ Bormla, Robert Abela baqa’ jxerred miżinformazzjoni u fake news dwar il-festi. Dan sabiex jipprova jbeżża’ lill-elettorat b’mod ripetut.

F’dan il-każin tal-banda, Robert Abela semma’ l-korsa tal-kwart ta’ mil, u l-impjat tal-go-karting – iżda injora għal kollox il-wegħda tar-racetrack, li l-Prim Ministru stess kien ħabbar erba’ snin ilu. Bil-proġett tat-trakka jibqa’ fuq l-ixkaffa għal snin sħaħ, tant li illum lanqas biss issemma’ minn Robert Abela.