“Il-Partit Nazzjonalista kommess li jindirizza l-isfidi li qed jaffaċċja pajjiżna bil-għan li jkompli juri li huwa Gvern alternattiv b’saħħtu”
Hekk stqarr il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg waqt li kien qed iwieġeb il-mistoqsijiet taż-żgħażagħ f’intervista li saritlu fil-maratona ġbir ta’ fondi.
Mistoqsi miż-żagħżugħ Ryan Cachia dwar l-ewwel xahar tiegħu bħala Kap tal-Partit Nazzjonalista, Alex Borg qal li kellu xahar ferm impenjattiv b’kuntatt kontinwu u dirett man-nies, attivisti kif ukoll mal-imsieħba soċjali. Dan apparti li spjega li qed jersqu ħafna żgħażagħ lejn il-Partit Nazzjonalista.
Il-Minority Leader fil-Kunsill Lokali taż-Żejtun Enya Abela saqsiet dwar x’jiddistingwi lill-Partit Nazzjonalista taħt it-tmexxija tiegħu. Hawnhekk, Alex Borg qal li se jkompli jfassal proposti li verament iħossu l-polz tal-poplu sabiex jindirizza sfidi bħat-traffiku, l-isplużjoni fil-popolazzjoni, l-għoli tal-ħajja u l-ambjent.
Iż-żagħżugħ Luca Zahra saqsa dwar kif il-Partit Nazzjonalista se jindirizza l-isfidi li qed jaffaċċja bħalissa bil-Kap tal-Partit Nazzjonalista qal li mill-ewwel bdew ikunu pro-attivi fejn fakkar li l-ewwel mozzjoni li ressaq fil-Parlament kienet propju dwar l-ambjent – mozzjoni li l-Labour ivvota kontra u għalhekk ivvota kontra l-ambjent. B’rabta mal-għoli tal-ħajja huwa aċċenna sabiex il-COLA ma tkunx intaxxata.
Intant, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista assigura li matul il-ġimgħat li ġejjin il-Partit Nazzjonalista se jkompli jippreżenta numru ta’ proposti fl-interess tal-poplu Malti u Għawdxi kollu.
//= $special ?>