L-ewwel Maratona organizzata taħt it-tmexxija tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg
Kollox jinsab lest għall-ewwel Maratona taħt it-tmexxija ta’ Alex Borg, liema inizjattiva importanti se tkompli tgħin sabiex il-PN iwassal il-messaġġ tiegħu. Ix-xandira se tkun qed titwassal mis-sala ewlenija tad-Dar Centrali tal-PN, u se tibda mit-3pm ‘il quddiem.
Intant fid-Dar Ċentrali apparti l-ġbir importanti tas-soltu – ser ikun hemm tours mad-Dar Ċentrali u anke fl-istudios ta’ Net TV, ċans li min jattendi jieħu ritratt fuq il-mejda tal-aħbarjiet. Dan fost ikel, xorb u anke tournament tal-Playstation.
Apparti hekk il-wirja RottArti ser tkun wkoll miftuħa għal dawk kollha li jattendu.
Is-serata ser tkun wkoll imżewqa b’kantanti u anke preżentaturi li ser jakkumpanjaw lil dawk kollha li ser ikunu qed isegwu.
Il-maratona ġbir ta’ fondi se tkun qed titwassal kemm fuq Net TV, Net FM u b’xandira diretta fuq il-midja soċjali.
