L-ewwel Maratona organizzata taħt it-tmexxija tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg
Ingħata bidu għall-ewwel Maratona taħt it-tmexxija ta’ Alex Borg, liema inizjattiva importanti se tkompli tgħin sabiex il-PN iwassal il-messaġġ tiegħu. Ix-xandira qed titwassal mis-sala ewlenija tad-Dar Ċentrali tal-PN, u se tibqa’ sejra sal-11pm.
Il-maratona infetħet mis-Segretarju Ġenerali Charles Bonello u l-Viċi Kap tal-PN Alex Perici Calascione.
Intant fid-Dar Ċentrali apparti l-ġbir importanti li għaddej – hemm ukoll tours mad-Dar Ċentrali u anke fl-istudios ta’ Net TV, ċans li min jattendi jieħu ritratt fuq il-mejda tal-aħbarjiet. Dan fost ikel, xorb u anke tournament tal-Playstation.
Apparti hekk il-wirja RottArti tinsab miftuħa għal dawk kollha li jattendu.


Is-serata ser tkun wkoll imżewqa b’kantanti u anke preżentaturi li ser jakkumpanjaw lil dawk kollha li ser ikunu qed isegwu.
Il-maratona ġbir ta’ fondi qed titwassal kemm fuq Net TV, Net FM u b’xandira diretta fuq il-midja soċjali.
