Belġjan ta’ 40 sena inżamm arrestat b’rabta ma’ importazzjoni ta’ madwar 300 gramma kokaina b’valur fit-triq ta’ ftit aktar minn €30,000.
Il-Każ seħħ nhar il-Ġimgħa hekk kif mal-wasla tiegħu f’Malta fuq titjira minn Amsterdam, ir-raġel twaqqaf fuq suspett li qiegħed fil-pussess tad-droga. Minnufih il-Belġjan, ittieħed l-Isptar Mater Dei, sarulu t-testijiet u rriżulta li kellu moħbija 20 kapsola ta’ kokaina fl-istonku tiegħu.
Il-Ħadd, ir-raġel tressaq il-Qorti il-quddiem il-Maġistrat Rachel Montebello u wieġeb ħati għall-akkużi miġjuba kontrih.
Is-sentenza se tkun qiegħda tingħata mill-Qorti aktar ‘il quddiem.
//= $special ?>