Colin Schembri
Starlites Revive……………112
Luxol Sherries Estates….79
(24-18)(23-20)(33-14)(32-19)
Starlites Revive kisbu t-tieni rebħa fil-John Tabone National Shield meta għelbu lil Luxol Sherries Estates bi skor ta’ 112-79 f’wirja offensiva mill-aktar konvinċenti. It-tim ta’ Paul Ferrante kien fuq il-ballun mill-ewwel, bil-pressjoni kontinwa tagħhom tħalli impatt immedjat hekk kif kisbu 48 punt fuq fast breaks u 64 punt fiż-żona. Starlites kienu effiċjenti ħafna fis-shooting (55%) u wrew profondità kbira bil-44 punt mill-bank. Jayden Iturmendi, Jackson Threadgill u Musa Jallow kienu fuq quddiem f’wirja kollettiva li ma tatx ċans lill-avversarji, hekk kif Luxol sabu diffikultà jżommu r-ritmu minkejja l-isforzi ta’ Jayden Johnson (32 punt).Għal Luxol kien hemm id-debutt tal-akkwisti l-ġodda bħal Connor James, Miguel Brincat, Dominic Tomasi u l-Amerikani Jayden Johnson u Burke Smith. Il-partita kienet mistennija u ma ddiżappuntatx sa’ mill-ewwel minuti tagħa fejn wara ftit aktar minn sitt minuti logħob kienu diġa saru 21 punt bi Starlites fuq quddiem 11-10. Nathan Xuereb kellhu trippla għal Luxol fil-waqt li Ian u Alec Felice Pace wieġbu għal Starlites. Musa Jallow falla dunk meta kien waħdu u Brincat għamel l-ewwel punti tiegħu bil-flokk vjola. Starlites kellhom mument tajjeb meta għamlu run ta’ 9-2 bi trippla ta’ Matthew Scerri u punti konsekuttivi ta’ Jackson Threadgill u Miguel Fabri. It-taqsima ntemmet bi Starlites fuq quddiem 24-18. Luxol komplew isibu diffikulta fil-bidu tat-tieni sessjoni tant li l-coach Duncan Fenech kien kostrett jagħjjat it-tieni time-out tiegħu kmieni. Starlites fetħu vantaġġ ta’ 10 punti 34-24 qabel ma Luxol irkupraw bi break qasir ta’ 5-0 bi trippla ta’ Johnson. Brincat għamel it-tieni trippla tiegħu però kienu Starlites li temmew l-aħjar meta għamlu sitt punti mingħajr risposta fosthom trippla ta’ Jackson Threadgill għal skor ta’ 47-38.
It-tielet sessjoni fetħet bi trippla minn Travis Fee għal Starlites biex kabbru l-vantaġġ għal 12 -il punt. Luxol ippruvaw jirkupraw però sabu lil Starlites jirrispondu immedjatament permezz ta’ Itumendi u Ian Felice Pace għal skor ta’ 57-45. Starlites komplew bi trippli oħra ta’ I. Felice Pace u Miguel Fabri flimkien ma’ logħob kollettiv tagħhom kompla jinfed id-difiża ta’ Luxol tant li temmew is-sessjoni 20 punt minn fuq 80-60. Fl-aħħar sessjoni, Starlites komplew jagħfsu bi break ta’ 10-4 u komplew jinqatgħu fuq quddiem. Luxol kellhom żewġ baskets minn Stefan Cappello però Starlites għamlu run oħra ta’ 12-0. Huma għaqqdu l-mitt punt b’baskets minn Jallow hekk kien għad fadal ħin ukoll għal trippla minn Iturmendi u punti minn Kai Fabri. Luxol jittamaw f’rebħa kontra Depiro biex jagħddu għas-semifinali u jittamaw ukoll li jirkupraw lil Nathan Xuereb li weġġa fit-tielet sessjoni hekk kif Starlites rebħu din il-partita 112-79.
Starlites Revive: A. Felice Pace 2, K. Fabri 6, T. Fee 16, A. Aquilina 10, I. Felice Pace 10, M. Fabri 10, M. Scerri 10, J. Iturmendi 19, J. Threadgill 21, M. Jallow 18.
Luxol Sherries Estates: A. Azzopardi 2, I. Azzopardi, V. Jandric, C. James 6, N. Xuereb 11, J. Johnson 32, M. Brincat 12, D. Tomasi 3, B. Smith 9, S. Capello 4, N. Djakovic
.Referees: Zvezdan Dobrosaviljevic, Nelson Da Silva, Miguel De Flavia.
Athleta………………95
Valletta Dream….86
(32-26)(15-25)(28-19)(20-16)
Athleta AtoZ rebħu l-ewwel logħba tagħhom fil-John Tabone National Shield meta għelbu lil Valletta Dream 95-86. Il-partita kienet bilanċjata sal-aħħar sessjoni, b’għaxar bidliet fil-vantaġġ, iżda Athleta ħarġu aktar aggressivi lejn it-tmiem u sfruttaw aħjar il-punti minn turnovers (20 kontra 19) u kisbu 36 punt mill-fast breaks. Wesley Jordan kien determinanti b’prestazzjoni ta’ 38 punt u 12-il rebound fil-waqt li Valletta kellhom lil Eugene Campbell f’forma tajba (39 effiċjenza) iżda sofrew taħt il-pressjoni difensiva ta’ Athleta fl-aħħar minuti.Valletta Dream kellhom l-akkwisti l-ġodda Kieron Caruana u Matteo Rieger flimkien mal-Amerikani Charles Bronson u Eugene Campbell. Athleta kienu mingħajr Karl Camilleri u Andre Bozanic.Il-Bidu tal-partita kien pjuttost mexxej fejn il-punti bdew ġejjin b’ritmu għoli fuq iż-żewġ naħat. Athleta marru 7-4 minn fuq però Valletta wieġbu permezz ta’ Campbell li kellhu trippla għal skor ta 11-7 favurhom. Ir-risposta tal-Athleta ġiet bi break ta’ 7-0 bejn Robert Vitale u Wesley Jordan però Campbell waqqafhom bi trippla oħra. Valletta waslu sa’ basket ‘l bogħod wara punti minn Nicholas Grech u Campbell iżda sensiela ta’ fast breaks raw lill-Athleta jtemmu l-ewwel perjodu 32-25 minn fuq. Athleta bdew it-tieni perjodu b’żewġ baskets oħra ta’ Jordan però d-dħul ta Bronson bit-tul tiegħu saħħaħ ferm id-difiża tal-Beltin. Basket ta’ Bronson u trippla ta’ Vasovic reġgħu naqqsu d-distakk għal 5 punti 35-40. Fit-tmien minuta, Valletta marru fuq quddiem wara punti minn Caruana b’Vasovic ikompli bi trippla biex fl-intervall huma kienu fuq quddiem 51-47.
Żewġ baskets ta’ Juan Cefai fl-ewwel minuta għamlu l-iskor indaqs fit-tielet sessjoni 51-51. Athleta komplew bir-run tagħhom però Caruana waqqafhom bi trippla li mil-ewwel kienet imwieġba b’oħra ta’ Bonett. Għal xi ħin iż-żewġ timijiet baqgħu viċin xulxin però seba’ punti mingħajr risposta ra lil Athleta jmorru 9 minn fuq 70-61. Valletta ma ċedewx u naqqsu d-distakk għal basket qabel ma trippla ta’ Cefai għalqet il-perjodu b’Athleta fuq quddiem 75-70.Fl-aħħar sessjoni, kien hemm aktar bilanċ għalkemm Athleta dejjem irnexxielhom jżommu vantaġġ ta’ basket jew tnejn. Lejn nofs it-taqsima, Athleta għamlu run deċisiva ta’ 11-2 b’aktar punti ta’ Jordan u Goodman flimkien ma’ Bonett u Borg. Lejn it-tmiem Valletta għamlu l-aħħar erba’ punti però Athleta kellhom vantaġġ tajjeb u setgħu jibqgħu jikkontrollaw sat-tmiem biex ħarġu rebbieħa 95-86.
Athleta AtoZ: K. Fabri, S, Ebalashvili 2, R. Vitale 11, I. Bonett 13, D. Goodman 18, I. Medo, L. Borg 5, J. Cefai 13, W. Jordan 33, G. Cassar.
Valletta Dream: N. Grech 9, F. Mifsud Bonnici 5, K. Caruana 7, E. Campbell 39, S. Vincic, F. Lisondra 1, N. Vasovic 17, C. Bronson 8, M. Rieger
Referees: Zvezdan Dobrosaviljevic, Andre Attard, Jacques Siefert
//= $special ?>