Illum, id-Dar Ċentrali tal-PN kienet mixgħula bl-attivitajiet – kemm fuq ġewwa tal-binja, kif ukoll fuq barra. Dan hekk kif mijiet ta’ tfal u żgħażagħ ingħaqdu mal-PN għal dan il-jum li matulu saret il-maratona ġbir ta’ fondi.
Ħafna nies għażlu wkoll li jieħdu sehem f’tours mad-Dar Ċentrali u mal-istudios ta’ Net Media.
Fil-foyer, spikkaw l-ilwien mill-isbaħ fl-area tat-tfal, filwaqt li l-volontieri kienu qed jilqgħu d-donazzjonijiet.




