L-analisti militari fil-Punent qed jistennew li l-Korea ta’ Fuq komunista, qabel l-aħħar tas-sena, tipprova missila ballistika ġdida li tinkorpora waħda mill-aktar sistemi nukleari qawwija li qatt eżistew… Din l-ICBM tirrappreżenta l-ġenerazzjoni ġdida ta’ armamenti magħrufin bħala ‘new age’ u mifhum li kapaċi ġġorr diversi warheads għal fuq id-distanzi kbar.
Il-missila strateġika – Hwasong-20 – spikkat waqt parata miliari kbira fi Pyongyang u meta nħarġu ta’ lanqas tlieta minn dawn il-mudelli fuq it-trakkijiet f’wirja ta’ saħħa li qed tħasseb mill-ġdid lill-Punent u lill-Korea t’Isfel…Dan meta r-reġim Korean komunista ta’ Kim Jong-un qed jagħmilha ċara li ma jarax għalfejn għandu jissieħeb f’taħditiet mal-Gvern ta’ Seoul bl-iskop li tonqos it-tensjoni mal-penisola Koreana.
L-esperti mal- Carnegie Endowment for International Peace qalu l-Hwasong-20, għalissa, qed tirrappreżenta ‘il-quċċata tal-ambizzjonijiet tal-Korea ta’ Fuq biex tiżviluppa l-kapaċità għall-armi nukleari li jistgħu jwasslu sal-aktar artijiet imbiegħda – fosthom l-Istati Uniti.
//= $special ?>