Futbol Sport

Steve Borg jegħleb l-uġiegħ…u jsellem għall-aħħar darba t-tim nazzjonali Malti

Steve Borg isellem għall-aħħar darba l-partitarji tat-tim nazzjonali Malti.
Steve Borg isellem għall-aħħar darba l-partitarji tat-tim nazzjonali Malti.

Steve Borg jagħmilha. Minkejja li l-bieraħ weġġa’ l-hamstring u llum, fl-aħħar logħba tiegħu ma’ Malta, kellu jibda mil-bidu sabiex jingħata tislima tal-karriera mil-isbaħ li hu kellu mat-tim nazzjonali ta’ pajjiżna, il-plejer ta’ 37 sena ma kienx mistenni li jilgħab.

Minflok, Borg tniżżel mal-ewwel 11 fil-logħba ta’ ħbiberija kontra l-Bożnija Ħerżegovina f’Ta’Qali, u kien mibdul wara ftit aktar minn minuta sabiex kif kien xieraq, ingħata standing ovation mil-partitarji preżenti fl-Istadium Nazzjonali, hekk kif b’hekk xorta waħda lagħab parti mit-82 partita internazzjonali tiegħu ma’ Malta.

Bjorn Vassallo jippreżenta flokk bin-numru 82 lil Steve Borg, li jissimboliżża l-ammont ta’ partiti li lagħab għal Malta.

Qabel il-partita, il-President Bjorn Vassallo ippreżenta flok bin-numru 82 lil Borg, bħala ringrazzjament għall-impenn u l-kontribut li d-difensur ċentrali ta lit-tim nazzjonali Malti f’karriera ta’ aktar minn 14-il sena.

Intant, qabel din l-istess partita, saret presentazzjoni oħra, din id-darba lil wieħed mill-Kit Managers tat-tim nazzjonali Malti, Frankie Ciantar li l-logħba tal-lum kontra l-Bożnija Herżegovina, timmarka l-mitt logħba tiegħu ma’ Malta, fir-rwol tant importanti għal kwalukwé skwadra professjonali tal-futbol, dik ta’ Kit Manager.

Ciantar kien ippreżentant bil-flokk ta’ Malta, li fuq wara kellu n-numru 100, bil-kunjom Ciantar.

Bjorn Vassallo b’apprezzamment għall-Kit Manager ta’ Malta, Frankie Ciantar li l-partita tal-lum kontra l-Bożnija Ħerżegovina kienet timmarka l-mitt darba tiegħu ma’ Malta.