Studju Ewropew wera kif 4.4 fil-mija ta’ dawk kollha li jgħixu fi djar privati f’pajjiżna qed jgħixu fi djar iffullati. Dan ifisser żieda ta’ 2.0 fil-mija meta mqabbel mal-istudju tas-sena preċedenti.
L-istess rapport juri li l-ispejjeż tal-akkomodazzjoni kienu meqjusa bħala “piż kbir” minn 22.3 fil-mija tal-persuni li jgħixu fid-djar. U għal 37.6 fil-mija ta’ dawk li wieġbu, l-aktar kwistjonijiet komuni għalihom kienu t-tniġġis, il-ġmied, u problemi ambjentali oħra.
Fl-2024, li tkun sid taʼ darek kien l-aktar tip komuni taʼ titolu fuq id-dar, bʼ66.4 fil-mija tal-familji kollha jkunu sidien tad-dar ewlenija tagħhom.
//= $special ?>