It-Tlieta jitfakkar il-50 anniversarju tat-traġedja tal-Vulcan – traġedja li ħalliet marka fuq il-lokalità ta’ Ħaż-Żabbar

L-istorja tmur lura madwar 70 sena ilu, hekk kif il-gwerra l-bierda kienet fl-aqwa tagħha. U f’dak il-perijodu, ir-Renju Unit kellu bombers li setgħu jġorru bomba nuklejari – b’uħud minn dawn l-ajruplani kienu jinżlu anke Malta.


F’kummenti lil Net News mill-Mużew tas-Santwarju f’Ħaż-Żabbar, David Grech, riċerkatur ta’ din l-istorja spjegalna x’wassal għal dan l-inċident tal-14 ta’ Ottubru, hekk kif kien propju fl-10 ta’ filgħodu xħin il-bomber bl-isem ta’ Vulcan telaq mill-bażi ta’ Wedingthon u għall-ħabta tan-nofsiegħa kien għamel kuntatt mal-controlroom ta’ Malta.
Kif kien nieżel, prova jinżel fil-bidu tal-mitjar. Però fl-inżul, spiċċa ħabat max-xifer tar-runway.
F’din it-traġedja mietu 6 persuni – 5 li kienu membri tal-ekwipaġġ fosthom is-Surġent Peter John Atkins li kien l-iżgħar vittma, flimkien maċ-Chief technician Gordon Barrow li kien qed jagħmel l-aħħar vjaġġ tiegħu mar-Royal Air Force.


Kienet mietet ukoll mara Żabbarija, Vinċenza Zammit, li kienet fit-triq viċin fejn sar l-inċident.

Net News tkellem mat-tifel tagħha Mario Zammit li meta seħħ l-inċdent kellu 21 sena.
Huwa stqarr li ommu lanqas biss kellha tkun hemm fil-ħin tal-inċident hekk kif normalment kienet tagħlaq il-ħanut tagħha f’nofsinhar – però dakinhar għalqet il-ħanut tagħha fis-siegħa.
Intant, fdalijiet tal-ajruplan, flimkien ma’ diversi ritratti, u anka antiporta maħruqa huma esebiti fil-Mużew tas-Santwarju f’Ħaż-Żabbar. U matul dawn il-jiem biex jitfakkar l-anniversarju ta’ din it-traġedja qed issiru diversi attivitajiet – fosthom tours u diskussjonijiet mal-qraba tal-vittmi.








Diversi membri tar-Royal Airforce ukoll kienu preżenti fil-Mużew.
//= $special ?>